Marsaskala News

Festa 2026

Festa Sant'Anna

Wied il-Għajn

Programm tal-Attivitajiet tal-Festa 2026

Statwa ta' Sant'Anna u Marija tfajla — Parroċċa Sant'Anna, Wied il-Għajn

Programm

Organizzat mill-Għaqda Mużikali Sant'Anna Wied il-Għajn A.D. 1994Mill-Programm tan-Nar
  1. 01

    It-Tlieta 21 ta' Lulju

    Jum l-għeżież mejtin tagħna u għall-Benefatturi

    • 6:30pm

      Quddiesa mmexxija minn Fr Jean Claude Attard, saċerdot mill-parroċċa tagħna, b'suffraġju għal dawk li mietu mill-aħħar festa 2025 'l hawn. Janimaw l-Orchestrina Arcum. Mistiedna l-qraba u l-ħbieb tagħhom. Jissemmew dawk li mietu fil-bidu tal-quddiesa.

    • 8:00pm

      Kunċert Vokali u Strumentali mis-Soċjetà Mużikali Sant'Anna quddiem is-Sala Sant'Anna. Ikun hemm bejgħ ta' ikel.

      Organizzat mill-Għaqda Mużikali Sant'Anna Wied il-Għajn A.D. 1994

  2. 02

    L-Erbgħa 22 ta' Lulju

    Jum il-Persuni b'diżabilità u Jum l-Anzjani

    • 6:30pm

      Quddiesa mmexxija minn Fr Martin Micallef, Vigarju Episkopali għad-Djakonija u Direttur tad-Dar tal-Providenza. Ikanta l-Kor Parrokkjali. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa u r-residenti Skalin. Namministraw is-Sagrament tal-Morda lill-anzjani preżenti. Wara jsir festin għalihom fuq iz-Zuntier.

    • 8:00pm

      Serata ta' kant u talent fuq is-Simenta. Ikun hemm bejgħ ta' ikel.

  3. 03

    Il-Ħamis 23 ta' Lulju

    Jum it-Tfal

    • 6:00pm

      Dimostrazzjoni bl-istatwa ta' Sant'Anna mit-tfal. Tibda mill-Qasam tal-MUSEUM Subien ta' Triq La Sengle u jimxu sal-Knisja Parrokkjali.

    • 6:30pm

      Quddiesa mill-Kummissjoni Parrokkjali Tfal u mmexxija minn Patri Kurt Mizzi O. Carm. Ikanta l-Kor Ulied Sant'Anna. Wara tkompli s-serata fuq is-Simenta bid-daqq, kant u żfin mit-tfal. Ikun hemm bejgħ ta' ikel.

    • 8:00pm

      Riċeviment fil-Każin tal-Banda.

      Organizzat mill-Għaqda Mużikali Sant'Anna Wied il-Għajn A.D. 1994

  4. 04

    Il-Ġimgħa 24 ta' Lulju

    Tberik tat-Tarbija fil-ġuf u l-Preżentazzjoni tat-Trabi lil Sant'Anna

    • 6:30pm

      Quddiesa mmexxija mill-Kanonku Dun Gylan Camilleri, Viċi-Arċipriet tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar. Issir il-Barka u t-Tberik tat-Tarbija fil-ġuf u l-familja bl-interċessjoni ta' Sant'Anna, u l-preżentazzjoni tat-trabi li twieldu mill-festa tas-sena l-oħra 'l hawn. Janimaw l-Orchestrina Arcum.

    • 8:30pm

      Marċ sa nofsillejl. Il-Briju jibda għal ħabta tal-10pm mal-wasla tal-Banda fuq iz-Zuntier tal-Knisja. Minn hemm il-Banda tgħaddi għal Triq La Sengle, iddur mal-akwati tal-Każin sa ma tasal fi Pjazza Dun Tarċis Agius.

      Organizzat mill-Għaqda Mużikali Sant'Anna Wied il-Għajn A.D. 1994

    • 11:30pm

      Tlugħ tal-istatwa tad-Dimostrazzjoni ta' Sant'Anna fuq il-kolonna fi Pjazza Dun Tarċis Agius u spettaklu tan-nar fl-għeluq. Ħin minn 11:30pm 'il quddiem.

      Mill-Programm tan-Nar

  5. 05

    Is-Sibt 25 ta' Lulju

    Lejliet il-Festa

    • 5.15pm

      Quddiesa komunitarja mmexxija mis-saċerdot Fr Victor Agius u janimaw Kristina Caruana u Joseph Galea.

    • 7.30pm

      Konċelebrazzjoni fuq is-Simenta, immexxija Fr John Curmi. Ikantaw il-korijiet tal-Parroċċa.

    • 7:45am

      Quddiesa ta' Radd il-Ħajr lil Alla mmexxija mill-Kanonku Dun Gylan Camilleri, u jitkanta t-Te Deum mill-Kor Parrokkjali.

    • 8:15pm

      Marċ sal-11:15pm.

      Organizzat mill-Għaqda Mużikali Sant'Anna Wied il-Għajn A.D. 1994

    • 11:30pm

      Skylights 5th Edition — Programm Piro Mużikali minn fuq il-Baħar b'uħud mill-aqwa siltiet mużikali. Ħin mill-11:30pm 'il quddiem; wara issir ukoll Ħarqa Nar tradizzjonali tan-Nar tal-Art ġewwa Pjazza Mifsud Bonniċi faċċata tas-Summer Nights.

      Mill-Programm tan-Nar

  6. 06

    Il-Ħadd 26 ta' Lulju

    Jum il-Festa ta' Sant'Anna

    • 6:30am

      Quddiesa mmexxija minn Fr Victor Agius bis-sehem tal-organista Vince Abela.

    • 8:00am

      Quddiesa mmexxija minn Fr Ray Scicluna Ofm u jkantaw Peter u Stephanie Spiteri.

    • 9:15am

      Quddiesa Solenni tal-Festa mmexxija mill-Kappillan Fr Luke Cutajar. Ikanta l-Kor Ulied Sant'Anna.

    • 10:30am

      Quddiesa Solenni bl-Ingliż immexxija mis-saċerdot novell Fr Jerome Barnabas, Missjunarju tal-komunità ICPE, u jkanta l-Kor tal-Filippini.

    • 11:30am

      Quddiesa mmexxija minn Fr Jean Claude Attard u animata mill-Orchestrina Arcum.

    • 12:00pm

      Marċ ta' filgħodu minn nofsinhar sas-2:00pm.

      Organizzat mill-Għaqda Mużikali Sant'Anna Wied il-Għajn A.D. 1994

    • 2:00pm

      DJ sat-3:00pm quddiem il-każin.

      Organizzat mill-Għaqda Mużikali Sant'Anna Wied il-Għajn A.D. 1994

    • 6:00pm

      Quddiesa mmexxija minn Fr Roderick Camilleri, Arċipriet tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar. Ikanta l-Kor Parrokkjali.

    • 7:00pm

      Tibda l-Purċissjoni bl-istatwa artistika ta' Sant'Anna, immexxija minn Fr Jerome Barnabas. Fil-bidu tal-purċissjoni nitolbu t-talba tar-Rużarju. Mistiedna n-nanniet, l-ommijiet bit-trabi fil-ġuf u l-familji li jixtiequ jkollhom it-tfal bl-interċessjoni ta' Sant'Anna.

    • 9:30pm

      Ħarqa Nar tradizzjonali minn fuq il-baħar hekk kif tasal il-Pruċissjoni bl-istatwa ta' Sant'Anna ġewwa x-Xatt. Ħin 9.30pm.

      Mill-Programm tan-Nar

    • 10:30pm

      Dħul tal-istatwa ta' Sant'Anna fil-knisja. Titkanta l-Antifona mill-Kor Parrokkjali u tingħata l-Barka Sagramentali.

  7. 07

    Il-Ħadd 3 ta' Awwissu

    Dħul tal-istatwa ta' Sant'Anna fin-Niċċa

    • 9:15am

      Quddiesa mmexxija mill-Viċi Kappillan Fr Clive Seychell, b'ringrazzjament lil Alla tal-ġid li wettaq magħna fil-jiem tal-Festa. Ikanta l-Kor Ulied Sant'Anna. Janimaw il-Quddiesa d-Dilettanti tal-Festa. Wara l-Quddiesa jsir id-dħul tal-istatwa fin-Niċċa.

Festa Sant'Anna 2026 Official T-Shirt

FLOKK TAL-FESTA 2026

Il-flokk uffiċjali tal-Festa 2026 issa disponibbli!

Donazzjoni ta’ €10 b’risq l-armar.

Disponibbli f’sizes għall-kbar u għaż-żgħar.

Agħmel l-ordni tiegħek billi tagħfas hawn u tibgħat messaġġ privat fuq il-Paġna tal-Grupp Armar Festa Sant' Anna Wied il-Għajn
Kattoliċi Maltin

Din il-Website ġiet maħduma b'kollaborazzjoni ma' Kattoliċi Maltin. Jekk tixtieq website bħal din għall-Festa jew l-Attivita tiegħek ċempel 79963200 jew agħfas hawn u kellimna WhatsApp.

💬 Kellimna WhatsApp
Marsaskala harbor

Ibqa' Aġġornat bl-Aħbarijeit tal-Festa 2026 billi ssegwi MARSASKALA NEWS

Follow